Dmugħ tal-kukkudrilli f’Ħ’Attard – x’ippruvajt nagħmel jien fl-2008.

Hawn taħt qed nirriproduċi post tiegħi fl-2008 dwar mozzjoni biex nipprova nwassal lill-Kunsill jikkontesta d-deċiżjoni tal-Gvern, l-Parlament u l-MEPA li jiftħu żoni ġodda għall-iżvilupp. Il-mozzjoni m’għaddietx. Fost dawk li vvutaw kontra kien hemm Charlo Bonnici, illum MP Nazzjonalista. Issa tard wisq – iż-żoni se jinbnew.

Dak iż-żmien il-PN u l-PL (u min ivvotalhom – għax il-vot ifisser appoġġ għall-politika tagħhom) riedu li żoni ġodda fosthom quddiem il-Kappella tal-Mirakli u fi Triq Dun Mikiel Xerri jingħataw għall-bini. Grazzi George Pullicino, grazzi Lawrence Gonzi, grazzi lill-membri parlamentari Laburisti li mhux talli ma opponewx iżda pproponew aktar artijiet biex jiddaħħlu fl-iskema tal-bini. Grazzi ukoll lill-membri parlamentari tal-PN inkluż dawk eletti mid-distrett ta’ Ħ’Attard li ftit ilu marru jippużaw mar-residenti meta fil-fatt dak li ġara u li se jiġri fiż-żoni fit-truf tal-irħula li ngħataw għal bini huwa TORT tagħhom ukoll.

Aktar fuq is-suġġett:

http://carmelcacopardo.wordpress.com/2014/08/06/hattard-dmugh-tal-kukkudrilli/

http://carmelcacopardo.wordpress.com/2014/08/07/il-bikja-tal-kukkudrill-tkompli-dwar-l-art-fhattard/

 

 

***

https://ralphcassar.wordpress.com/2008/04/28/mozzjoni-biex-issalva-lil-hattard-3-faur-3-kontra-casting-vote/

Hawn taħt qed nirriproduci mozzjoni li m’ghaddietx (waqt laqgha tal-Kunsill ta’ H’Attard 19/2/2008). Tal-PN qalu li ‘harxa wisq’. Ghaddew mozzjoni ohra minflok li tghid li l-Kunsill Lokali jiehu pariri legali dwar l-art ta’ wara Villa Bologna biss… ma jridux jippruvaw iwaqqfu l-isfregju li qed isir f’H’Attard. Ma jridux jammettu li dak li qed jigri f’H’Attard u madwar Malta kollha huwa tort tal-politika tal-gvern. B’idi fuq qalbi nista’ nghid li ppruvajt.

Tislijiet

Ralph Cassar

 

MOZZJONI

Il-Kunsill Lokali ta’ H’Attard, wara li ezamina l-Pjan Lokali ghac-Centru ta’ Malta hu tal-fehma li ma saritx konsultazzjoni kif titlob il-ligi dwar l-ippjanar qabel ma gie approvat dan il-Pjan Lokali;

Peress li l-bdil f’daqqa fl-gholi permess ta’ bini f’parti kbira ta’ H’Attard qed johloq inkonvenjent kbir ghar-residenti kif ukoll hsarat fit-toroq li l-Kunsill Lokali bil-budget limitat tieghu ma jistax ilahhaq maghhom;

Peress li l-Pjan Lokali kif approvat ifisser li zoni li fihom diga hemm koncentrazzjoni kbira ta’ bini bhal l-inhawi ta’ Triq il-Qarsajja, Triq il-Linja u Triq Dun Mikiel Xerri, fost ohrajn, se jinbidlu f’zoni b’aktar u aktar units residenzjali;

Peress li skond ic-Censiment ta’ l-2005 f’Malta hawn diga bizzejjed bini vojt u mhux utilizzat (53,000 unit) u l-Pjan Lokali gie approvat qable ma gie ippubblikat ic-Censiment;

Peress li l-Gvern approva l-pjanijiet lokali b’mod irregolari ;

Peress li l-bdil fiz-‘zoning’ li sar f’H’Atard jipprovdi ghal bini f’zoni li qabel kienu immarkati u kkunsidrati minn kulhadd bhala zoni hielsa mill-izvilupp, bhal fil-kaz ta’ Triq Lorenzo Manche;

Peress li tali bini fi Triq Lorenzo Manche,u f’zona diga b’koncentrazzjoni kbira ta’ bini se jtellef mill-karattru tal-inhawi u jghatti parti sew mill-hitan li jdawwru gnien ta’ Villa Bologna, dan il-Kunsill jirrisolvi:

Li jiddefendi d-drittijiet tieghu bhala rapprezentant tan-nies ta’ H’Attard billi jibda proceduri legali immedjati biex titlob il-qrati jiddikjaraw il-Pjan Lokali (Central Malta, 2006) bhala invalidu u null u biex tinfetah mill-gdid il-konsultazzjoni dwar dan il-pjan.

Proponent
Ralph Cassar, Kunsillier

Sekondant
John Bonnici, Kunsillier

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: