Archive for February, 2023

Ma rridux Messija, imma pluraliżmu

February 24, 2023

Meta xi ħadd jippreżenta ruħu bħala xi Messija jew salvatur. Meta xi ħadd ‘kariżmatiku’ u kapaċi fir-retorika u l-clichés. Meta xi ħadd jgħid li se jsolvi kollox għax hu ‘l-mexxej’, xi Napuljun li kollox hu, u hu biss, ftakar li fl-aħħar mill-aħħar jista’ jkun l-akbar ĦAXXEJ.

Minflok kellna ħafna li lagħqu kemm felħu. Għandna ħafna li jaraw dak li jissejjaħ ‘strongman’ jew ‘stabilità’ finta – iġifieri li persuna waħda tieħu d-deċiżjonijiet kollha hi bħala xi ħaġa tajba. Din hija l-attitudni ta’ ħafna nies li sfortunatament ma jagħrfux li l-konċentrazzjoni ta’ poter f’Prim Ministru twassal għal, jew deċiżjonijiet ħżiena, jew nepotiżmu jew inkella korruzzjoni f’għola livelli.

Napuljoniżmu. Is-sistema Maltija.