About
Ralph Cassar
Niehu gost jekk naqsmu ftit ideat flimkien. Huwa biss permezz tal-kuntatt mieghek li nistgha nkun ta’ servizz ahjar ghalik.
Ikkuntattjani/Contact me: cassarralph@gmail.com jew ralph.cassar@alternattiva.org.mt
Mob. 99894962
Ralph Cassar twieled fl-1974 u minn dejjem għex Ħ’Attard. Kien ukoll jattendi l-iskola primarja ta’ Ħ’Attard. L-edukazzjoni sekondarja ħadha fil-Liċeo tal-Ħamrun u s-Sixth Form ta’ l-Imsida. Ralph iggradwa BSc fil-Kimika u l-Istudji tal-Kompjuter fl-1996 mill-Universita` ta’ Malta. Kompla l-istudji tiegħu fl-istess Universita` fejn kiseb Masters fil-Management (MBA) fl-2003. Kompla l-istudji tiegħu fix-xjenza f’livell ta’ Masters mal-Open University minn fejn kiseb il-grad MSc (Science) (Open) fl-2010.
Għandu esperjenza twila fl-oqsma tal-kwalita` u l-produzzjoni u r-riċerka u żvilupp ta’ mediċini fl-industrija. Ralph Cassar huwa lecturer fl-Istitut tax-Xjenza Applikata tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST).
Ralph ilu involut għal snin twal fl-Alternattiva Demokratika, għax jemmen li Malta għandha bżonn tinqata’ minn mentalita ta’ tribujiet fejn kollox abjad jew iswed.
Ralph Cassar kien ikkontesta u ġie elett f’isem l-Alternattiva Demokratika fl-ewwel Kunsill ta’ Ħ’Attard fl-1994 fejn ħadem biex issir il-pedestrijanizazzjoni tal-pjazza ta’ ħdejn il-Knisja, biex il-ġonna jingħataw dehra ġdida, biex l-ispazji miftuħa fosthom l-area quddiem is-Supermarket fi Triq il-Mosta ma jinbnewx u biex Ħ’Attard jissebbaħ. Għal darb’oħra Ralph Cassar, fl-10 ta’ Marzu 2007 reġa ġie elett biex iservik fil-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard. Fl-2012, reġa ġie elett għat-tielet darba bħala kunsillier. Ħadem u qed jaħdem biex spazji miftuħa jitjiebu u ma jinbnewx, fuq użu ta’ enerġija mix-xemx mill-iskola primarja u anke fuq promozzjoni tar-riċiklaġġ, kif ukoll fuq il-bini ta’ sens akbar ta’ komunita. Ħadem biex f’kull ġnien ikun hemm aċċess għal Wi-Fi u jkun hemm apparat għar-rikreazzjoni tat-tfal u anke l-open-air gym fi Ġnien Ħal Warda. Jinsisti fuq tħawwil ta’ siġar indiġeni kull fejn possibbli. Ħadem biex is-sistema tar-riċiklaġġ taħdem sew u fuq sinjali għat-toroq LED. Ħadem ukoll biex isiru ‘bike-racks’ f’Ħ’Attard. Ralph dejjem ta l-appoġġ tiegħu għal attivitajiet edukattivi u kulturali u jemmen li s-soċjetajiet u għaqdiet għandhom jiġu involuti – għax b’hekk biss tinbena komunita aktar b’saħħitha u solidali. Qed jaħdem biex il-librerija pubblika timxi għal post addattat. Qed jaħdem biex isiru sinjali ta’ tagħrif ma postijiet storiċi, jorganizza regolarment ġbir ta’ tessuti u affarijiet oħra għar-riċiklaġġ, u jagħti sehemu fl-organizazzjoni ta’ attivitajiet kulturali u taħdidiet edukattivi. Proġett gal qalbu huwa dak tal-linja tal-ferrovija. Bħalissa qed jithejja rapport dettaljat minn perit espert dwar siti storiċi.
Ralph Cassar jikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem ALTERNATTIVA DEMOKRATIKA – THE GREEN PARTY fuq is-7 distrett [Żebbuġ (Malta), Dingli, Mġarr, Mtarfa, Rabat (Malta)] u l-11-il distrett [Mdina, Attard, Balzan, Mosta].
Ralph Cassar huwa ukoll is-Segretarju Ġenerali ta’ ALTERNATTIVA DEMOKRATIKA – THE GREEN PARTY u jitkellem f’isem il-partit prinċipalment fuq l-industrija, l-enerġija u t-trasport.