Partit megalomanjaku

‘Kif tista’ ma ċċempilx?’ daħlet fil-lingwa ta’ kuljum bħala espressjoni ta’ redikolu meta xi ħadd jagħmel, skużawni l-espressjoni, xi ċucata grassa.

Aqraw din l-istorja minn http://www.timesofmalta.com:

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120529/local/by-prime-minister-for-a-day.421881

Mela wara li qalulna li qed jużaw facebook biex jikkomunikaw man-nies (mur obsor! – saħansitra poster ta’ The Times kienet tant qegħdin sew…) issa waslet l-aħbar ta’ reality show bl-isem ta’ Be Prime Minister for a Day.

Ejja għal mument ngħidu li tista’ tkun idea tajba li xi persuni, speċjalment studenti, ngħid jien, iqattgħu ġurnata jaraw x’jagħmel Prim Ministru (x’aktarx dik il-ġurnata ma jagħmilx laqgħa ma’ tal-boathouses illegali jew mal-kaċċaturi biex iwegħdhom l-ilma jisfen), iżda le din l-oxxenita ta’ reality show li m’hi xejn ħlief propaganda Nazzjonalista minn fuq dar kariga uffiċċjali tal-istat qed tiġi organizzata mill-Partit Nazzjonalista – mhux mill-uffiċċju tal-Prim Ministru iżda direttament mill-Partit Nazzjonalista.

Dawn in-nies ma jistħu minn xejn, l-arroganza u l-attitudni tal-‘poplu l-magħżul’ (…bil-kap magħżul mill-Missier Etern innifsu) tal-biża’.

Dawn affarijiet li jsiru f’pajjiżi totalitarji jew b’demokrazija fjakka – l-Azerbajan, jew fil-Korea ta’ Fuq, jew ‘Un giorno con il Duce’. Issa naraw liema lagħqi jintagħżel biex jiffilmjawh bil-bżieq ħiereġ minn ħalqu idur ma djul il-Prim.

Reality show tal-Partit Nazzjonalista – bżar fl-għajnejn u turija ta’ nuqqas ta’ rispett lejn is-separazzjoni bejn stat u partit. Il-bi-partitiżmu wasslana s’hawn – fejn anke l-istat u l-pajjiż qed jiġu redikolati minn dawk li jaħsbu li huma l-pampaluni tal-korrettezza u s-serjeta. Sewwa jghidu, veru saru skip! U The Times jirrappurtaw mingħajr l-anqas kumment jew analiżi.

Kif jgħidu, għandna l-istituzzjonijiet li ħaqqna, u l-politiċi li ħaqqna. L-aqwa li jien ma kontx wieħed minn dawk li poġġejthom hemm.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: