Sinjali ma’ postijiet storiċi f’Ħ’Attard

Image

Hawn taħt qed nirriproduċi proposta li ressaqt għall-kunsiderazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard. Bi pjaċir kunsilliera oħra diġa infurmawni li se jappoġġjaw il-proposta. Jekk għandkom xi kummenti jew suġġerimenti kemm dwar dan il-proġett kemm dwar affarijiet oħra tistgħu tikkuntattjawni fuq cassarralph@gmail.com.

 

Proposta – tabelli b’informazzjoni ħdejn siti jew bini storiku f’Ħ’Attard.

Nipproponi li jsiru tabelli b’informazzjoni bil-Malti u bl-Ingliż ma’ siti storiċi f’Ħ’Attard. Jien lest li nikkordina l-proġett u nagħmel il-kitba neċessarja , meħuda minn kotba dwar Ħ’Attard, bħall-ktieb tal-Professur Henry Frendo, l-ktieb ta’ Carmel Mallia u dak ta’ Dr Joe Borg, kollha ppublikati mill-Kunsill Lokali. L-informazzjoni li hemm bżonn faċilment tinstab kemm f’dawn il-kotba u forsi minn xi sorsi oħra.

Id-disinn tat-tabelli għandu jkun dak standard għal siti storiċi – iġifieri fuq sfond kannella – bħal ma ssib fl-ibliet u l-villaġġi fl-UE (u x’aktarx anke f’pajjiżi oħra). Dan jagħmilha faċli biex dak li jkun jindentifika l-post bħala ta’ interess storiku.

Eżempji ta’ tabelli jidhru hawn:

Image

It-twaħħil tat-tabelli jista’ jsir mill-ħaddiema tal-Kunsill stess.

Qed nipproponi dawn is-siti (tal-anqas bħala bidu):

Knisja Parrokkjali, Kappella Sant’Anna, Kappella San Pawl, Villa Bologna (dar ta’ Strickland), Palazz Sant’Anton, Stazzjon Ferrovija, Linja tal-ferrovija, Pont tal-ferrovija, Biċċerija antika (Scouts/Girl Guides), Forn (Triq San Duminku), Oqbra Puniċi (Ħal Warda).

Ralph Cassar

Kunsillier

21/07/2013

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: