Pjan ghat-toroq u t-traffiku – Proposta ta’ Ralph Cassar

H’Attard – Proposta dwar politika dwar it-traffiku u t-toroq

Sfidi
L-isfida principali hija t-tnaqqis ta’ l-uzu tal-karozzi ghal vjaggi qosra gewwa H’Attard stess. Sfida ohra hija l-problema tat-traffiku filghodu meta n-nies ikunu sejrin lejn ix-xoghol. Sfortunatament is-sistema ta’ transport pubbliku hija tali li hlief ghal min ikun sejjer il-Belt ma’ tantx tithajjar li tuzaha.

Prijoritajiet
It-toroq u l-atrezzaturi, facilitajiet u servizzi fihom ghandhom iqisu bhala l-ewwel prijorita l-pedestrian, it-tieni min juza rota, trasport pubbliku u fl-ahhar il-vettura privata f’din l-ordni. Min jimxi u juza r-rota ghandu jinzamm l-ewwel fil-prijoritajiet u fil-politika dwar it-toroq u t-traffiku.

Biex jintlahqu l-ghanijiet imsemmija:
• M’ghandhux ikun hemm zieda ta’parking li jhajjar lin-nies jidhlu bil-karozzi specjalment f’toroq dojoq, bhal fic-centru l-qadim. Il-pjazza Tumas Dingli specjalment il-pjazza quddiem il-kazin ta’ l-MLP ghandha bzonn manutenzjoni u tiswija. Hemm bzonn ukoll ukoll thawwil ta’ sigar u tindif regolari tal-gnien.
• Ghandha tinghata prijorita ghall-manteniment u tiswija ta’ bankini, bl-ewwel prijorita tkun li toroq li jwasslu ghac-centru u fejn hemm koncentrazzjoni ta’ hwienet.
• Ghandhom jizdiedu ‘bicycle racks’ f’postijiet fejn jingabru n-nies.
• Zebra crossings ghandhom jinzammu fi stat tajjeb u mdawwal u preferibbilment ikunu ftit aktar gholjin mit-triq (‘humped crossing’).
• Zoni ‘l gewwa mit-toroq principali ghandhom jigu separati b’mod car mit-toroq principali billi ikun hemm ‘raised humps’ (wiesgha bizzejjed biex ma jkunux ta’ inkonvenjent) u sinjali li juru li f’dawn it-toroq il-prijorita huma l-‘pedestrians’ u r-roti.
• Biex l-uzu tat-toroq ikunu aktar pjacevoli konok li fihom m’hemmx sigar ghandhom jithawwlu b’sigar adattati. Ghandha issir politika separata dwar thawwil ta’ sigar. Ghandha issir mira ghal thawwil ta’ numru ta’ sigar kull sena.
• Il-gonna pubblici u ‘traffic islands’, hafna minnhom mal-gnub ta’ toroq mizghuda bit-traffiku huma oasi importanti f’gungla ta’ konkrit u tarmak. Programm ta’ rigenerazzjoni tal-gonna bi thawwil ta’ aktar sigar huwa importanti. Sigar indigeni adatti ghall-klima ta’ Malta huma rakkomandabbli. Huwa possibbli li f’xi gonna jkun hemm servizz ta’ wireless internet (WiFi) li jhajjar lin-nies jaghmlu akktar uzu mill-gonna. Huwa importanti hafna ukoll li l-apparat fil-playing fields jigi zgurat li huwa ta’ standards gholjin. Dawk fil-playing field ta’ Hal Warda u tal-housing estate (barra li dawn iz-zewg gonna ghandhom bzonn urgenti ta’ manutanzjoni) ma jidhirx li huma safe u adattati.
• F’toroq bi problemi ta’ storbju minn traffiku (ezempju Valletta Road), tista’ titaffa xi ftit il-problema bi thawwil ta’ aktar sigar u arbuxxelli adattati. Anqas ma jithalla spazju bejn sigra u ohra u aktar ma jkollok vegetazzjoni densa aktar jitaffew il-hsejjes – fi Triq il-Belt Valletta dan jista’ jsir fis-‘centre strip’ u anke fl-area bil-hamrija fuq in-naha tax-xellug tat-triq thares fid-direzzjoni ta’ l-Imriehel.
• Esplorazzjoni ta’ possibilta ta’ ‘walking bus’ flimkien ma’ l-iskola primarja ta’ H’Attard.
• It-twahhil ta’ bins (u t-tbattil regolari tagghom) huwa ukoll importanti. Barra li jista’ jghin biex jitnaqqas l-iskart fi-toroq, jista’ ukoll jnaqqas il-hmieg tal-klieb li f’certi zoni qed ikun ta’ problema. It-twahhil ta’ bins inehhi l-iskuza li m’hemmx fejn tarmi.
• Il-facilita ta’ bus-shelters hija importanti hafna. Triq Victor Vassallo hija biss ezempju wiehed ta’ fejn huwa important li jsiru bus-shelters.
• ‘Car free days’ ghandhom jigu organizzati f’zoni differenti matul is-sena kollha (ezempju fil-weekends filghodu jew wara nofsinhar) biex indahhlu sens ta’; komunita u li t-toroq huma ukoll tan-nies, li jkollhom l-opportunita li jgawdu spazji miftuha hielsa mit-traffiku ta’ l-anqas ghal ftit granet tul is-sena.
• Ghandu jkun hemm ‘jogging track’ (ez. tul ta’ 2km) immarkat li jghaddi mit-toroq residenzjali – bit-tul tat-track immarkat b’sinjali. It-toroq minn fejn jghaddi t-track ghau jkollhom mizuri biex jikkalma t-traffiku u senjalar li juri li il-‘joggers’ ghandhom jinghataw prijorita.
• Ghandu jigi nvestigat minnufih kif nistghu inzidu iz-zona pedonali fic-centru l-antik ta’ H’Attard.

Problemi specifici
• Traffic calming fi Triq Victor Vassallo – Bi ftit attenzjoni din it-triq tista’ tinbidel fi vjal sabih.
• Traffic calming fi Triq il-Qarsajja.
• Traffic calming fi Triq il-Gradilja.
• Bzonn ta’ ‘mini-roundabout’ fi Triq Victor Vassallo kantuniera ma’ Triq il-Linja.
• Bollards fi Triq il-Knisja biex karozzi ma jipparkjawx fuq il-pavimentar.
• Il-problema tal-bottleneck fi Triq il-Linja hdejn ir-residenza ta’ l-ambaxxata ta’ l-Istati Uniti. Proposta li tista’ ittaffi l-problema hija li bejn il-hin tas-7am u t-8.45am tista’ ssir ‘one’way’; igifieri t-traffiku ikun jista’ JOHROG ‘il barra u hlief ghat-trasport pubbliku ma jkunx jista’ jidhol minn hadejn l-Ambaxxata ta’ l-Istati Uniti. Dan huwa l-aktar importanti fil-hinijiet ta’ filghodu meta hafna nies ikunu sejrin ghax-xoghol.
• Il-bicca ta’ fuq ta’ Triq il-Linja (minn Nicholsons ‘il gewwa) hija dejqa wisq ghal traffiku fiz-zewg direzzjonijiet u parking fuq iz-zewg nahat kontemporanjament. Il-parking f’parti ta’ Triq il-Linja jigi ristrett għal naha wahda biss (minn Nicholsons sal-kantuniera ta’ wesgha ta’ quddiem Scotts).
• Il-problema akuta fiz-zona ta’ Triq San Pawl u Triq Ferdinandu Inglott.
• Ipparkjar bil-hin f’certi zoni fejn ikun hemm koncentrazzjoni ta’ karozzi per ezempju it-toroq fejn il-hwienet: Pitkali, Mosta, Caruana Gatto, Linja, Notabile (service road quddiem Monte Carmeli).
• Traffic lights biex jikkontrollaw il-karozzi hergin minn Triq Hal Warda u dawk nezlin mir-Rabat.
• Traffic calmer Triq Antonio Schembri kantuniera ma’ Triq il-Linja biex titnaqqas il-velocita fil-liwja perikoluza li hemm.
• Triq Tumas Chetcuti m’ghandhiex tintuza minn vetturi tqal (trakkijiet ecc.) Tabelli ta’ ‘No Heavy Veichles’ ghandhom jergghu jehlu fit-truf ta’ din it-triq.

Konkluzjoni

Dawn huma biss ftit suggerimenti ghal politika li taghmel it-toroq aktar sikuri u pjacevoli primarjament ghal min juzhom ghar-rikreazzjoni (gonna u playing fields, thawwil ta’ aktar sigar, WiFi fil-gonna, traffic calming, jogging, rota) u min jimxi jew juza r-rota. Perswaz li wara li tinfetah konsultazzjoni wiesgha mar-residenti nistghu naslu biex nimplimentaw politika li ttejjeb il-kwalita tal-hajja tar-residenti.

Ralph Cassar
Kunsillier
3/5/2007

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: