Archive for April, 2007

Pjan…

April 19, 2007

Fil-granet li gejjin se nhejji pjan dwar x’nahseb li ghandhom ikunu l-ghanijiet tal-Kunsill Lokali ghat-3 snin li ghandna quddiemna. Diga tlabt lista tal-kuntratti kurrenti li ghandu l-Kunsill. Diga esprimejt ruhi favur pjan ta’ immanigjar ta’ traffiku u, importanti immens: konsultazzjoni trasparenti u wiesgha dwar is-suggett. Ghandi f’mohhi ukoll bye-law indirizzata biex tizdied l-indafa f’toroq fejn hemm il-hwienet.

Niehu gost nisma’ minghandkom u niltaqa’ maghkom.

Ralph

racas@waldonet.net.mt

Intervista fuq CentralFM 93.3FM

April 16, 2007

Dan l-ahhar kont mistieden ghal intervista fuq l-istazzjon komunitarju Central FM (93.3FM – website: http://www.centralfmradio.com). Nirringrazzja lis-Sur Guido Borg u lill-istation manager is-Sur Andre Bugeja ta’ l-0pportunita.

Tista’ tisma’ l-intervista hawn:

http://www.centralfmradio.com/local_council_interviews.html

Introduzzjoni u ringrazzjament

April 5, 2007

Gheziez residenti ta’ H’Attard,

Nirringrazzjakom tal-fiducja taghkom fija u fil-programm li pprezentat Alternattiva Demokratika ghall-Kunsill Lokali ta’ H’Attard.

Hemm hafna xoghol xi jsir H’Attard. Sfortunatament xi affarijiet thallew ghal rihhom u hemm bzonn impetu biex l-affarijiet jergaw jiccaqalqu.

Jien inhoss li hemm 3 prijoritajiet:

  1. Is-sikurezza fit-toroq u immanigjar tat-traffiku.
  2. Il-protezzjoni ta’ spazji miftuha, wirt storiku bhall-linja tal-ferrovija u z-zona tal-kappella ta’ San Pawl u tal-gonna (hafna minnhom jinstabu fi stat ta’ abbandun).
  3. Komunikazzjoni u konsultazzjoni mar-residenti QABEL jittiehdu d-decizjonijiet.

Diga bghatt mistoqsijiet u suggerimenti lill-Kunsill dwar il-bzonn li l-bring-in sites jinzammu fi stat tajjeb. Mhux accettabbli li dawn jithallew ifuru u nippretendu lin-nies jilqaghhom b’idejhom miftuha. Gbidt ukoll l-attenzjoni ghal bzonn ta’ wardens aktar regolari f’toroq fejn ikun hemm hafna traffiku u pparkjar hazin b’detriment u nkonvenjent ghar-residenti. Insistejt u nibqa’ ninsisti li tenders ghal xogholijiet kbar jinghataw skond il-proceduri li tistabilixxi l-ligi.

Ghandi hafna aktar x’nghid u rrid nisma’ ukoll minghandkom. L-aktar mod facli biex tikkuntattjawni huwa permezz ta’ l-email racas@waldonet.net.mt.

 Mill-gdid GRAZZI MILL-QALB u tislijiet.

Ralph Cassar

Kunsillier, H’Attard