Archive for September, 2010

Rapporti kontra rapporti

September 24, 2010

Ralph Cassar – Segretarju Generali, Alternattiva Demokratika

info@alternattiva.org.mt

Dan l-ahhar kelli diskussjoni mal-kollega tieghi fl-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo. Semmejtlu l-pjan nazzjonali dwar l-ambjent li gie diskuss f’seminar apposta organizzat mill-gvern xi gimgha ilu. Semmejtlu kif fuq livelli differenti tat-tmexxija ta’ pajjizna qed nimxu minghajr pjanijiet ta’ xejn. Dan tarah kemm fuq livell lokali, kif ukoll fuq livell nazzjonali. L-ippjanar fit-tul qatt ma kien xi ‘forte’ f’dal-pajjiz.

Ghaldaqstant skantajt meta l-Perit Cacopardo gibidli l-attenzjoni li fil-qasam tal-ambjent diga jezisti pjan li jinkludi miri specifici, liema pjan intesa. Ghandu ragun. Li hemm bzonn fil-qasam tal-ambjent huwa li tibda l-implimentazzjoni u mhux nergghu nahlu z-zmien nivvintaw r-rota mill-gdid. Forsi hawn min minnkom jghiduli li qed nahli hafna energija fuq is-suggett tal-ambjent – izda fir-realta l-ambjent huwa l-bazi ta’ kollox ghax jinkludi kif nuzaw ir-rizorsi ta’ pajjizna, l-holqien tal-impjiegi dinjituzi, is-sahha taghna u tat-tfal taghna u anke l-izvilupp ekonomiku b’mod ghaqli. Ahna, flimkien ma shabna l-Ħodor Ewropej insejhu dal-process il-‘Green New Deal’.

Ma jistax ikun li ninhlew f’aktar rapporti. Il-mistoqsijiet li tqajjmu fl-Issue Paper dwar il-Pjan Ambjentali li pprezenta l-gvern tinjora l-fatt li ħafna mit-tweġibiet diġa ngħataw. Dawn qegħdin fl-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli approvata mill-Kabinett tal-Ministri lejn tmiem l-2007 wara proċess twil ta’ diskussjoni mas-soċjeta’ ċivili.

Ghaliex dir-repetizzjoni ? Pajjizna diga talab derogi fuq l-implimentazzjoni ta’ certi direttivi ambjentali tal-Unjoni Ewropea. Propju ghaliex li fir-realta ma ittiehditx azzjoni fil-pront. Ma nistghux inkomplu naqghu lura fejn jidhol l-ambjent. Pajjizna ghandu l-vantagg li huwa zghir bizzejjed biex teknologiji innovattivi ihallu impatt vizibbli u pjuttost malajr. Ghandna nhajjru kumpaniji li qed jinvestu l-miljuni f’teknologiji nodfa f’oqsma bhal per ezempju l-manifattura u l-energija alternattiva jinvestu f’Malta u f’Ghawdex propju ghaliex jistghu jaghmlu r-ricerka taghhom b’mod aktar facli. Fl-istess hin pajjizna u ahna lkoll niggwadanjaw mill-esperjenza u t-tahrig li kumpaniji bhal dawn joffru.

Ghamilt emfasi fuq teknologija nadifa ghax sfortunatament il-Power Station il-gdida mhux talli mhux se tuza teknologija nadifa izda tuza kuncett tal-passat biex jitnaqqas it-tniggis. Minflok issir generazzjoni ta’ energija nadifa mill-ewwel se tintuza soluzzjoni li teknikament tissejjah ‘end-of-pipe’. Igifieri l-kuncett huwa l-ewwel hammeg u imbaghad ara kif se tnaddaf.

Il-pajjiz qed jonfoq il-miljuni, grazzi ghal skemi tal-Unjoni Ewropea, f’boroz ta’ studju f’oqsma varji inkluz ix-xjenza, t-teknologija u l-inginerija avvanzata. Sewwa jaghmel. Ma dawn ovvjament hemm r-ricerka li ssir fil-Fakultajiet u l-istituti xjentifici u teknici tal-Universita ta’ Malta u l-MCAST. Lil dawn in-nies hemm bzonn ‘nuzawhom’ aktar. Ghandna bzonn noholqu u niffokaw fuq impjiegi f’oqsma teknologici avvanzati. L-ewwel revoluzzjoni industrijali gabet tniggis kbir u uzu bla razan tar-rizorsi, hafna drabi bi ftit attenzjoni lejn il-kwalita tal-hajja tal-haddiema u l-impjegati. Wasal iz-zmien ghat-tieni revoluzzjoni, li tnaqqas l-uzu tar-rizorsi, issewwi fejn kissirna u farrakna fl-ambjent u fis-sahha tan-nies u toffri bazi ekonomika soda ghalina lkoll.

L-ewwel pass huwa li nimplimentaw ir-rapporti u l-istudji li diga saru. It-tieni huwa vizjoni fit-tul. Bir-rispett kollu ‘l hekk imsejjha ‘Vizjoni 2015’ mhux fit-tul bizzejjed u ma tantx hija vizjonarja. Fl-ahhar mill-ahhar li vera hemm bzonn li nehilsu mit-tribalizmu politiku li qed johnoq lil pajjizna.Dan la jiddependi minn Gonzi u lanqas minn Muscat, jiddependi biss minn kull wiehed u wahda minna. Jew se nimmaturaw politikament jew se nibqghu stagnati qiesna zewg kazini tal-banda niggieldu fuq min huwa l-ahjar, jekk hix l-Assunta jew tal-Gilju, jew l-Assunta jew San Guzepp. Sta ghalina lkoll li fl-ahhar nikbru bis-serjeta bhala pajjiz.

Majnata

September 8, 2010

Ralph Cassar

Kulmin ikellmek l-istess ħaġa. Inkwiet fuq l-għoli tal-konti­jiet tal-elettriku. Il-kliem sabiħ dwar il-familja malajr intesa. Meta tfaqqa’ żieda fil-kontijiet ta’ dan il-kobor huwa ovvju li se tagħti maj­nata lill-familji normali. Qed ngħid li l-elettriku għandu jibqa’ dejjem l-istess prezz? Jew li tuża kemm tuża qisu xejn mhu xejn? Xejn minn dan. Ir-realtà iżda hija waħda: qegħdin fejn qegħdin min­ħabba s-sistema politika ta’ pajjiżna. Minħabba l-mod kif jivvotaw in-nies.

Tgħidli dan x’għandu x’jaq­sam mal-elettriku? Meta l-parti l-kbira tan-nies mehdijin iħarsu lejn il-politika bħala xi ġlieda bejn żewġ tribujiet, meta l-aktar ħaġa importanti hija li t-tribu tiegħek iġib vot aktar mit-tribu l-ieħor, meta l-wegħdi u t-tqassim tal-‘fridges’, it-televiżjonijiet u l-magni tal-ħasil u xi xogħol bħala pjaċir huma aċċettati, il-politika vera tintesa.

X’inhi mela l-politika vera? L-ewwel nett f’demokrazija żviluppata Ewropea tfisser pluraliżmu ta’ ideat. Tfisser ukoll politika bbażata fuq l-ideat, il-proposti, id-diskuss­joni u d-dibattitu.

Il-każ tal-għoli fil-prezz tal-elettriku, żieda ta’ 30% mil-lejl għan-nhar huwa sinto­matiku tal-mod ħażin kif taħdem is-sistema politika f’pajjiżna. Iż-żieda massiċċa turi nuq­qas ta’ ppjanar fit-tul.

Għax l-importanti għal ħafna minna huwa li niskurjaw punt fuq l-avversarju etern tagħna u mhux nidħlu fid-dettall ta’ ppjanar serju.

Ippjanar fit-tul fl-elettriku kieku kien ifisser li l-prezz tal-elettriku jogħla kemm għan­du bżonn jogħla fuq medda ta’ snin. Kieku kien jinkludi studju li jitfa’ l-piż akbar tal-prezz fuq min jiflaħ u fuq min jaħli bl-addoċċ. Kieku kien hemm ippjanar fit-tul kieku diġà ilna snin ingawdu minn porzjon ris­pettabbli tal-elettriku tagħna minn sorsi nodfa bħar-riħ u x-xemx. Kieku l-wegħdi nżammu kieku l-power station tal-Marsa diġà ilha 15-il sena magħluqa. Każ ċar fejn wegħda kienet biss fantasija ta’ qabel l-elezzjoni, biex xi mazzun jiblagħha. Ċar daqs il-kristall li ma kinitx ibbażata fuq xi pjan dettaljat.

Ovvjament imbagħad is-sistema ta’ tribujiet politiċi li ħafna minna tant inħobbu taffettwa l-mod kif tmexxiet u titmexxa l-Enemalta. Hemm bżonn riforma fit-tmexxija tal-Enemalta, li hija mxekkla minn indħil poli­tiku. Il-Gvern qiegħed hemm biex jistabbilixxi l-politika tal-korporazzjoni mhux biex juża l-korporazzjoni bħala post fejn jaqdi u jippremja lil dawk li qdew u jaqdu lill-PN.

Seta’ kien hemm il-Labour fil-Gvern, għax il-problema hija endemika.

Il-politika tnawret u n-nies tippretendi l-pjaċiri. Il-bidla sseħħ biss bil-plura­liżmu. Minn dak il-punt ’il quddiem tista’ tibda riforma sħiħa fuq tul ta’ żmien. Jista’ jsir ippjanar serju u fit-tul f’bosta oqsma u fl-aħħar nirregolaw il-finanzjament tal-partiti – il-kankru li qed iżżom­mna ostaġġi tal-ftit. Dan ma jseħħx mingħajr bidla fil-mentalità u qabel ma int taqta’ l-ktajjen mill-mażżra tal-passat u tat-tribù tiegħek.