Archive for March, 2008

Lura…

March 17, 2008

Wara hames gimghat iebsin, lura ghar-rutina. Fl-Independent tal-bierah tefghu sotto-titlu meta kkwotaw il-blog thieghi: ‘The people have spoken, the bastards’. Jistgha jkun li l-ispirtu ta’ dak li ktibt jirrifletti dan it-titlu…izda jibqa’ l-fatt li jien m’ghidtx ezattament hekk. Ghidt li vot massicc ghal certu kandidati juri li hawn hafna nies li, fl-opinjoni tieghi (u jista’ jkun fl-opinjoni tieghi biss… frankament ma jinteressanix!) ghalihom kampanji ta’ mibgheda u gideb kontra l-avversarji huwa aktar importanti mill-issues.

Ma jimpurtax, dak li kelli nghid ezatt wara l-elezzjoni ghidtu ghax skond pariri medici 🙂 mhux tajjeb li zzomm go fik. Sa fejn naf jien ma ppontifikajtx, ghidt li kelli fuq l-istonku. Ma jinteressanix jekk dak li ghidt hux ‘politikament korrett’ jew le. Jien personalment sodisfatt (ghalkemm ovvjament dejjem tista’ ssib x’jista’ jsir ahjar) li ghamilt li stajt fil-limiti tieghi. Hemm min jaghzel li jghid lil haddiehor x’ghandu jaghmel biss minghajr ma jmidd idejh. Hemm min meta ma jaqbilx ma xi haga 100% fil-100% jaghmel il-buli biex wara jkun jista’ jghid ‘Ghidtilkomx’. Ma jimpurtax. Id-dinja hekk maghmula. 

Ha nieqaf…ghax min jimpjegani ma jiehux gost jekk jsir jaf li qed nuza l-hin tieghu biex ‘nibbloggja’. 🙂

Issa kollox lura ghar-rutina. B’kummenti aktar meqjusa u kalmi. Tajjeb hekk? 🙂

No Comment #2

March 12, 2008

Austin Groupies

Austin Groupies

Fans ta’ Austin Gatt jieqfu ghal naqra ‘mistrieh’ fi Triq Regjonali minn fuq trakk imzejjen b’wicc Austin 🙂

No comment #1

March 12, 2008

Il-krejn tar-’rebha’ 3

Il-krejn tar-’rebha’ 2

Il-krejn tar-’rebha’

Gvern ta’ minoranza. Il-mibgheda tkompli.

March 11, 2008

Kulhadd minoranza. Hadd ma gab 50%+1. Ghandna Gvern ta’ minoranza. L-MLP u l-PN bazwru s-sistema elettorali, ghamluha biex jippenalizzaw lill AD (u rnexxilhom), izda spiccaw vittmi taghha huma stess ukoll. Minoranza ghandha l-gvern kollu f’idejha. L-aktar kandidati mahmugin bhal Jeffrey Pullicino Orlando l-aktar li marru tajjeb. Anke s-suppost ‘ucuh godda’ fi hdan l-PN stess baqghu l-art. Dan il-fatt biss jixhed car il-mentalita medjevali tal-masses li huma skuzawni l-espressjoni ‘politikament injuranti’ – il-valuri taghhom huma: l-partit l-ewwel, il-partit akkost ta’ kollox.

Sadanittant il-mixtrija u baxxa Daphne Caruana Galizia tkompli tivvomta, tigdeb u taghmilha tal-hamalla. Qeghdha f’kumpanija tajba. Se tibqa’ timpala l-liri minn kuntratti tal-gvern. Se tkompli tigdeb u tkisser in-nies bil-hmieg u l-vomtu taghha. Hamalla ‘doc’. U din tridha tal-pulita u intelligenti, meta hija l-oppost.

Ma rebah hadd, ghandna Gvern ta’ minoranza: rebah ic-Caqnu, rebah l-RCC, rebhet il-gidba finali u issa tradizzjonali ta’ Lawrence Gonzi, rebah ‘Spin Valley’.

Sa l-ahhar…

March 8, 2008

rc_ad.jpg Ralph Cassar

Sa l-ahhar JIGDBU U JHARRFU, bil-PM b’kollox!

Sa l-ahhar b’disprament liema bhalu jibqghu jippruvaw ibezzghu lil min jimpressjona ruhu, lil min jitwerwer mix-xejn, lil min mohhu zghir.

Sa l-ahhar jgibu ruhhom b’mod DIZGUSTANTI U MOQZIEZ

Sa l-ahhar dawk li jithallsu biex jigdbu …jklomplu jigdbu. Ghandhom hafna x’jitilfu.

Minn naha l-ohra jien nista’ nghid li n-nies immaturaw, in-nies qed jahsbu b’mohhhom u ma jhallux il-gideb u l-ispin ta’ min huwa iddisprat ghall-poter jimpressjonhom.

Grazzi lil dawk kollha li kitbuli jew kellmuni. Grazzi mil-qalb.

Ralph Cassar

racas@waldonet.net.mt

www.maltaelection2008.com

Koalizzjoni – Gvern ghal kulhadd

March 1, 2008

Koalizzjoni – Gvern ghal kulhadd, originally uploaded by Alternattiva Demokratika.

Wasalna hbieb. Wasalna biex grazzi ghall-kuragg taghkom nibdew mod gdid ta’ kif issir il-politika. Fejn ma jibqghux imexxu minn jiffinanzja lill-partiti l-ohrajn. Bil-hila taghkom se naslu biex Malta issir demokrazija vera ibbazata fuq id-diskussjoni, it-tolleranza u l-kooperazzjoni. Se naslu ghal KOALIZZJONI maghkom – koalizzjoni ghal mod gdid kif nahdmu ma xulxin.

Ralph Cassar

http://www.maltaelection2008.com