Intervista dwar il-budget li dehret fil-gazzetta “Illum” 2 ta’ Dicembru 2012
1. Kif tiddeskrivi l-budget 2013 fi tliet sentenzi?
Bhal dejjem fih affarijiet pozittivi, hafna minnhom izda huma mizuri simbolici bi ftit wisq flus ivvutati ghalihom. Fit-taxxa tad-dhul minflok agevola min ghandu dhul baxx u medju, agevola dawk li jaqilghu l-aktar. Biss biss min jaqla’ 60,000 Ewro u aktar se jiffranka 3600 Ewro fis-sena mentri min jaqla 15,000 Ewro, bhall-maggoranza l-kbira ta’ haddiema Maltin u Ghawdxin m’huwa se jiffranka xejn.
2. Dan hu budget tal-elezzjoni u allura hu budget li jixtri lill-elettorat? Jew hu budget li jindirizza tassew ir-realtajiet ekonomiċi ta’ pajjiżna?
Is-sostenibbilita tal-budget tibqa’ mistoqsija mhux imwiegba. Kollox jiddependi mit-tbassir ta’ tkabbir ekonomiku. Jekk it-tkabbir ikun anqas minn dak previst mill-gvern allura jkollna l-problemi.
3. Kemm kien jagħmel sens li jkun ippreżentat dan il-budget, meta hemm ċans kbir li ma jgħaddix u jaqa’ il-Gvern?
Ahna ilna nghidu li jmissu ilha li ssejhet elezzjoni.
4. X’inhuma l-akbar difetti li għandu dan il-budget?
L-akbar diffett huwa li x’aktarx huwa biss lista ta’ weghdi, li saru fl-ahhar qabel l-elezzjoni. L-akbar difett tibqa’ l-incertezza minhabba sistema politika mnawwra li tant jiftahru li hija ‘stabbli’ meta filfatt spiccat sistema fejn il-parlament spicca irrelevant u l-membri parlamentari pupazzi. L-ideat politici saru ma jiswew xejn – l-aqwa l-voti akkost ta’ kollox u “imbaghad naraw wara”!
5. Impossibbli li dan il-budget kellu kollox ħażin. X’inhuma dawk il-punti f’dan il-budget li fl-opinjoni tiegħek jagħmlu sens u li l-partit tiegħek għandu jikkunsidrahom kieku jkollu l-opportunita’ li jagħmel dan?
Ghalkemm ghadhom vagi l-inizjattivi dwar energija mix-xemx fuq bini tal-gvern huma inizjattivi interessanti. Anke l-inizjattiva mhabbra, li wkoll ghadha vaga, fejn min m’ghandux access ghal bejt jista’ jiehu sehem minn energija mix-xemx prodotta x’imkien iehor. Kif u fejn ghadna ma nafux.
6. Dan il-budget kien wieħed tajjeb fejn jidħol l-ambjent? Fejn falla fil-miri ambjentali?
L-ambjent ghandu, flimkien mal-kwalita tal-hajja, ikun l-pern tal-politika li hija verament progressiva u ekologista. Hemm mizuri pozittivi izda zgur li l-ambjent u l-kwalita tal-hajja ghadhom jitqiesu bhala appendici aktar milli l-ispirazzjoni tal-politika tal-PN u l-PL. Il-fatt li l-gvern ma semmiex investiment f’sistema differenti u addizjonali ta’ transport pubbliku meta s-suppost riforma ghadha tbati minn nuqqasijiet kbar huwa aspett wiehed fejn mhux qed issir enfasi bizzejjed fuq ir-rabta bejn t-trasport u t-tniggis.
7. Ħafna qed jifirħu li f’dan il-budget il-Gvern semma li se jdaħħal (anke jekk b’mod mifrux sal-2015) il-wegħda li jitnaqqsu t-tax bands minn 35% għal 25%. Tagħmel sens fil-mod kif qed jipproponiha jew daħka fil-wiċċ meta suppost il-poplu ilu jgawdi minn din il-wegħda minn tal-inqas ħames snin?
Il-problema hija l-kuncett – jekk il-pajjiz jiflah tnaqqis fit-taxxa tad-dhul, l-ammont ta’ tnaqqis missu infirex fuq min jaqla’ l-anqas. F’kelma wahda missu beda mir-rati ta’ taxxi ta’ isfel mhux ghamel bil-maqlub. It-taxxa fuq id-dhul suppost hija progressiva – igifieri min jaqla’ l-izjed jikkontribwixxi l-aktar. Jekk irridu li jkollna servizzi li jinghataw lil kulhadd bhas-sahha, l-edukazzjoni, l-istipendji, u l-pensjoni ta’ dizabilita, il-gvern m’ghandux jilghab mal-kuncett ta’ gustizzja socjali li huwa s-sies tat-taxxa fuq id-dhul. Fil-verita l-aktar li se jgawdu huma dawk li jaqilghu 60,000 Ewro u fuqhom ghax fuq aktar minn nofs id-dhul taghhom se jhallsu 3600 Ewro anqas taxxi. Minn min jaqla 15,000 Ewro, 20,000 Ewro u 60,000 Ewro l-gvern qed jivvantaggja sew ta l-ahhar. Is-sostenibilita ta’ din il-mizura hija l-mistoqsija l-kbira.
8. Dan hu sempliċiment budget jew għandu jitqies bħala l-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista u bażi li fuqu l-partiti politiċi l-oħra jqabblu u jagħmlu wegħdi differenti u aħjar?
Aktar qiesu manifest, galadarba l-elezzjoni hija daqstant fil-qrib.
9. Jekk il-Gvern jaqa’ u l-partit tiegħek jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss ma’ liema punti ta’ dan il-budget iħoss li għandu jintrabata u liema punti, assolutament jemmen li għandhom jitħallew barra?
L-ghan taghna hija l-partecipazzjoni fil-parlament fejn inkunu nistghu nressqu mozzjonijiet, proposti ta’ ligijiet u nwasslu l-ideat taghna direttament f’din l-istituzzjoni importanti. Fil-fatt nahsbu li l-parlament bhala instituzzjoni ghandu jissahhah biex verament jikkontrolla lill-gvern u mhux bil-kontra. Jekk ikollna l-opportunita nressqu l-proposti taghna kif spjegati fil-programm elettorali taghna u ovvjament dejjem lesti niddiskutu ma haddiehor dwar kull proposta, tigi minn fejn tigi. Zgur li l-enfasi taghna tkun fuq il-kwalita tal-hajja, s-sahha fis-sens usa taghha u li l-enfasi dejjem tkun fuq min huwa l-aktar batut. Jekk inkunu parti minn Gvern ovvjament jkun irid isir program komuni li jghaqqad punti u prijoritajiet ta’ dawk il-partiti li jiffurmaw il-gvern bhal ma jigri fil-pajjizi zviluppati, prattikament kollha tal-UE, ibda mill-Iskandinavja sal-Germanja.
10. Bħala kandidat fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, x’kienu jkunu dawk il-miżuri li kont iddaħħal fil-budget u li dan il-Gvern naqas li jinkludi?
Hemm bzonn mizuri serji biex jigu protetti l-ftit spazji miftuha li ghad fadal f’pajjizna flimkien ma unit iffokat fuq il-bijodiversita. Fondi adegwati ghal ricerka u zvilupp specjalment fejn tidhol dik li tissejjah ‘modernizazzjoni ekologika’ nahseb li huma important ukoll fejn jidhol zvilupp ekonomiku sostenibbli. L-energija alternattiva huwa qasam iehor importanti. Kif il-paga minima tista’ issir paga dicenti u l-pensjoni tad-dizabilita ma tibqax il-mizerja ta’ 55% tal-paga minima ghandhom ukoll ikunu prijorita. Bhala kandidat ta’ AD fuq is-7 u l-11-il distrett, flimkien ma shabi, dawn huma prijoritajiet importanti hafna ghalina.